Logo

    11 Matthew Schembri

    mtNovember 07, 2023
    What was the main topic of the podcast episode?
    Summarise the key points discussed in the episode?
    Were there any notable quotes or insights from the speakers?
    Which popular books were mentioned in this episode?
    Were there any points particularly controversial or thought-provoking discussed in the episode?
    Were any current events or trending topics addressed in the episode?

    About this Episode

    Poddata ġdida ma' Matthew Schembri, l-awtur ta' "Stessi" u "Ħassartek", li jkellimna dwar il-proċess li wasslu biex iħassar ir-rumanz tiegħu stess u jiddistillah f'poeżija, fi żmien meta l-Fibromyalgia żammitu lura milli jikteb, u kif jasserixxi l-identità Queer permezz tal-letteratura. Ta' ispirazzjoni kbira kif Schembri jdawwar tbatija fiżika u mentali f'att ta' kreazzjoni.

    Fil-poddata nsellmu wkoll lill-ħbieb tagħna ta' Aphroconfuso, li Matthew qed jikkollabora magħhom fuq proġett ġdid, u li minbarra rivista letterarja għandhom podcast interessanti ferm bl-istess isem.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    A new podcast with Matthew Schembri, the author of "Stessi" and "Ħassartek", who speaks about the process that led him to erase his own novel and distill it into poetry, at a time when Fibromyalgia was impeding him from writing, and how he came out as Queer through literature. Very insiprational to hear how Schembri turns physical and mental suffering into an act of creation.

    In this podcast we also salute our friends at Aphroconfuso, whom Matthew is collaborating with on a new project, and how besides a literary journal also hosts an invaluable podcast with the same name.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    Recent Episodes from Antenni Suspettużi

    14 Davinia Hamilton

    14 Davinia Hamilton

    F'dan l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Davinia Hamilton. Awtriċi, attriċi, drammaturga u attivista li għamlet isem fir-Renju Unit, fejn tgħix, speċjalment fil-qasam tad-drama. Imma fil-qofol tax-xogħol l-iżjed magħruf tagħha hemm Malta. Malta il-gżira turistika, Malta kattolika, Malta li tikkontrolla l-ġisem tal-mara.

    Minn Londra Hamilton titkellem dwar id-dramm tagħha Blanket Ban, li ntlaqa' tajjeb ħafna hemmhekk u l-Iskozja. Dramm li jikxef it-trawma tan-nisa Maltin li jeħtieġu l-abort.

    Hamilton titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha bħala immigranta, li tittratta fil-kitbiet tagħha, u dwar il-proġetti ġodda li qed taħdem fuqhom.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    In this first episode from the second season of Antenni Suspettużi we meet Davinia Hamilton. An author, actress, playwright and activist who broke ground in the UK, where she lives, particularly in drama. Her most known work centres around Malta - touristic Malta, Catholic Malta, a Malta that controls women's bodies.

    From London, Hamilton speaks about her play Blanket Ban, which was received to critical acclaim there and in Scotland. It is a play which exposes the trauma Maltese women who need abortion go through.

    Hamilton also speaks about her experience as a migrant and how she treats it in her writings, as well as about her new projects.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    Edizzjoni Speċjali: Introduzzjoni għat-Tieni Staġun

    Edizzjoni Speċjali: Introduzzjoni għat-Tieni Staġun

    Antenni Suspettużi jirritorna bi staġun ġdid ta' poddati mal-awturi ta' żmienna. F'dan l-episodju speċjali Karl Schembri u Clare Azzopardi jħarsu lura lejn l-intervisti tal-ewwel staġun u l-poddati li ġejjin.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    ---

    Antennti Suspettużi returns with a new season of podcasts with contemporary authors. In this special episode Karl Schembri and Clare Azzopardi look back at the interviews from the first season and the forthcoming podcasts.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    Trailer Staġun 2

    Trailer Staġun 2

    Antenni Suspettużi, il-podcast ta' PEN Malta, se jirritorna b'iżjed intervisti mal-awturi ta' żmienna. Ingħaqdu ma' Karl Schembri fi staġun ġdid m'iżjed awturi li jeħtieġ jinstemgħu.

    Magħkom kull ġimgħa minn nhar it-Tlieta 27 ta' Frar.

    ---

    Antenni Suspettużi, PEN Malta's podcast, returns with more interviews with contemporary authors. Join Karl Schembri in a new season with more authors who deserve to be heard.

    Out every week from Tuesday 27 February.

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    Edizzjoni Speċjali: Gaza

    Edizzjoni Speċjali: Gaza

    F'din l-edizzjoni speċjali mal-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan nitrattaw il-ġenoċidju tal-Palestinjani f'Gaża li għaddej bħalissa, fejn madwar 20,000 ruħ li sebgħin fil-mija minnhom huma nisa u tfal, inqatlu diġà mill-Iżrael, kif ukoll għexieren ta' ġurnalisti, poeti, awturi u intelletwali.

    X'sens tista' tagħmel il-letteratura minn dan kollu, anki meta awturi Palestinjani madwar id-dinja qed jiġu kkanċellati? Kif qed iġġib ruħha l-bqija tad-dinja fid-dawl tal-kliem li s-soltu jsir dwar drittijiet universali, il-ħakma tad-dritt u l-liġi internazzjonali? U kif qatt nistgħu nimxu 'l quddiem minn dan it-teatru ta' demm u ritaljazzjoni?

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    In this special edition with Maltese-Palestinian author Walid Nabhan we discuss the ongoing genocide of Palestinians in Gaza, where some 20,000 people have already been killed by Israel, 70 per cent of whom were women and children, as well as tens of journalists, poets, authors and intellectuals.

    What sense can literature make out of all this, also when Palestinian authors around the world are being cancelled? How is the rest of the rest of the wrold reacting to this in the light of the usual words aboud universal human rights, the rule of law and international law? ANd how can we ever move forward from this theatre of blood and retaliation?

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    13 Loranne Vella

    13 Loranne Vella

    Fit-13 u l-aħħar episodju għal dan l-istaġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Loranne Vella, l-awtriċi li mxiet b'versatilità impressjonanti minn ġeneru ta' kitba għal ieħor, u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bl-aħħar rumanz tagħha, "Marta Marta."

    Vella tkellimna dwar il-ġurnal letterarju u l-podcast bl-istess isem ta' Aphroconfuso, li issa dieħel fit-tieni sena tiegħu u li qed jiġġenera kitba letterarja ġdida u friska, inkluża kwir.

    Mid-distanza ta' awtriċi li telqet minn Malta 18-il sena ilu, Vella titkellem ukoll dwar l-importanza tal-lingwa għaliha, u kif il-proċess ta' dekolonizzazzjoni jeħtieġ jinvolvi t-traduzzjoni ta' xogħlijiet mill-oriġinal għall-Malti.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    The guest of our 13th and final episode for this season of Antenni Suspettużi is Loranne Vella, an author who has moved from one literary genre to another with impressive versatility and who is now a finalist for the National Book Prize with her novel "Marta Marta".

    Vella speaks about the literary journal and podcast Aphroconfuso, which is now entering its second year and is generating new, fresh writings, including queer literature.

    Vella also speaks from a distance, having left Malta 18 years ago, about what language has come to signify for her and how the decolonisation process requires the translation of original works into Maltese.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    12 Claudia Gauci

    12 Claudia Gauci

    F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Claudia Gauci, il-poeta awtriċi ta' "Sekonda Qabel Tqum", u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bit-tieni ġabra tagħha, "Max-Xatt tat-Tamarisk".

    Claudia tkellimna dwar il-mixja tagħha fl-għaxar snin bejn iż-żewġ kotba tagħha, fejn minn kitba introspettiva mxiet għal kummentarju soċjali u politiku dwarna.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    In this episode we meet Claudia Gauci, the poet author of "Sekonda Qabel Tqum" who is now finalist for the National Book Prize with her second poetry collection, "Max-Xatt tat-Tamarisk".

    Claudia tells us about her journey in the 10 years between the two poetry collections, which saw her move from an introspective poetry to a social and political commentary about us.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    11 Matthew Schembri

    11 Matthew Schembri

    Poddata ġdida ma' Matthew Schembri, l-awtur ta' "Stessi" u "Ħassartek", li jkellimna dwar il-proċess li wasslu biex iħassar ir-rumanz tiegħu stess u jiddistillah f'poeżija, fi żmien meta l-Fibromyalgia żammitu lura milli jikteb, u kif jasserixxi l-identità Queer permezz tal-letteratura. Ta' ispirazzjoni kbira kif Schembri jdawwar tbatija fiżika u mentali f'att ta' kreazzjoni.

    Fil-poddata nsellmu wkoll lill-ħbieb tagħna ta' Aphroconfuso, li Matthew qed jikkollabora magħhom fuq proġett ġdid, u li minbarra rivista letterarja għandhom podcast interessanti ferm bl-istess isem.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    A new podcast with Matthew Schembri, the author of "Stessi" and "Ħassartek", who speaks about the process that led him to erase his own novel and distill it into poetry, at a time when Fibromyalgia was impeding him from writing, and how he came out as Queer through literature. Very insiprational to hear how Schembri turns physical and mental suffering into an act of creation.

    In this podcast we also salute our friends at Aphroconfuso, whom Matthew is collaborating with on a new project, and how besides a literary journal also hosts an invaluable podcast with the same name.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    10 Elena Cardona

    10 Elena Cardona

    F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Elena Cardona, il-poeta li bl-ewwel ktieb tagħha "Meta Tlaqt lil Adam" diġà qed tagħmel ħoss u hija finalista għall-premju nazzjonali tal-ktieb ta' din is-sena.

    Cardona tkellimna dwar l-esperjenza tagħha bħala mara Għawdxija u xi tfisser li "tinqata' minn Adam" f'soċjetà li għadha timponi l-ideat patrijarkali dwar in-nisa. Tkellimna dwar l-emarġinati fil-poeżija tagħha, u x-xogħlijiet ġodda li qed taħdem fuqhom fil-kitba tan-novelli.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    In this episode we meet Elena Cardona, the poet whose first book "Meta Tlaqt lil Adam" (When I left Adam) has been already been generating reactions and reviews. It is also a finalist for this year's national book prize.

    Cardona speaks about her experience as a Gozitan woman and what it means "to leave Adam" in a society that still imposes rigid patriarchal ideas on women. She speaks of the marginalised in her poetry, and new short stories she is working on.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    9 Edizzjoni Speċjali: Il-letteratura Maltija li qed tivvjaġġa

    9 Edizzjoni Speċjali: Il-letteratura Maltija li qed tivvjaġġa

    F'din l-edizzjoni speċjali ta' Antenni Suspettużi se niltaqgħu mal-mistiedna tagħna f'Żagreb, il-Kroazja, li qed jattendu għall-Festival tal-Letteraturi Żgħar li din is-sena huwa ddedikat lil-letteratura Maltija. Adrian Grima, Leanne Ellul u Nadia Mifsud jiddiskutu x'inhu li jagħmel il-letteratura kontemporanja Maltija, ix-xogħlijiet li qed jiġu tradotti u esportati barra minn xtutna, u l-impatt li dan qed ikollu qabelxejn fuq l-awturi Maltin infushom.

    Aqra iżjed dwar il-festival: https://adriangrima.org/2023/10/08/a-partial-introduction-to-contemporary-maltese-poetry/

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    Special edition - Maltese literature that has made its way overseas

    In this special edition of Antenni Suspettużi we'll meet our guests in Zagreb, Croatia, where they are part of the Festival of Small Literatures, which this year focuses on Maltese literature. Adrian Grima, Leanne Ellul and Nadia Mifsud discuss what makes contemporary Maltese literature, the works that are being translated and exported out of Malta, and the impact all this is having on Maltese authors themselves, above all.

    Read more about the festival here: https://adriangrima.org/2023/10/08/a-partial-introduction-to-contemporary-maltese-poetry/

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    8 Jean Paul Borg

    8 Jean Paul Borg

    L-awtur Jean Paul Borg jeħodna fil-qalba tal-Palestina bit-traduzzjoni tiegħu ta' "Sharon u l-Kunjata," ta' Suad Amiry, ibbażat f'Ramallah assedjata fl-aħħar Intifada. F'din il-poddata rrekordjata waqt li qed iseħħ ġenoċidju f'Gaża, nidħlu fil-fond u fl-għeruq tal-kunflitt.

    Borg jitkellem ukoll dwar l-aħħar ktejjeb tiegħu, "Salib", ippubblikat is-Sibt li għadda, 14 ta' Ottubru: novella li titlaq mill-viżwal tat-tqaċċit tas-siġar li jġorru mijiet ta' snin, immarkati b'salib biex jitqaċċtu ħalli titwessa' triq, għall-istorja tabù li xi ftit jew wisq għadha assenti mil-letteratura Maltija dwar l-abort.

    Fuq kollox, nisimgħu l-istorja ta' Jean Paul innifsu li ħalla warajh karriera fid-dinja finanzjarja biex jikteb, jistudja l-Malti, u jikteb iżjed.

    Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.

    Jippreżenta: Karl Schembri

    Riċerka: Clare Azzopardi

    ---

    Author Jean Paul Borg takes us to the heart of Palestine with his translation of "Sharon and my mother-in-law" by Suad Amiry, based in besieged Ramallah in the last Intifada. Int his podcast, recorded while a genocide was ongoing in Gaza, we delve into the roots of this conflict.

    Borg also speaks about his latest book, "Cross", published last Saturday 14 October - a novella that starts off from the visual of hundred-year-old trees chopped down to make way for a main road, to the major taboo surrounding abortion, a subject which remains mostly absent from contemporary Maltese literature.

    We also hear Jean Paul's own story about leaving behind him a career in the financial world to write, study Maltese, and write more.

    Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.

    Host: Karl Schembri

    Researcher: Clare Azzopardi

    Twitter: @MaltaPEN

    Facebook: PENMalta

    Instagram: @pen_malta

    Wesbite: https://pen.org.mt/

    Email: PENMalta@gmail.com

    Logo

    © 2024 Podcastworld. All rights reserved

    Stay up to date

    For any inquiries, please email us at hello@podcastworld.io