4 Rita Saliba
Fir-raba' episodju ta' Antenni Suspettużi, l-awtriċi Rita Saliba titkellem dwar il-ġeneri u forom differenti li tikteb fihom, inkluż il-mikro-storja li tagħha hi pijuniera f'Malta bil-pubblikazzjoni ta' stejjer qosra ħafna, li jappellaw għall-ħajja mgħaġġla tal-lum. "Qisu ħadd m'għandu paċenzja, imma dik l-istorja kulħadd iridha," tgħid Rita. "Nibża' li l-istejjer qed jaħarbulna minn idejna."
Titkellem ukoll dwar in-nuqqas ta' kritika letterarja u r-riċensjonijiet "tal-ħbieb" li jżommu lura minn diskussjoni pubblika tal-kwalità tal-kotba ġodda li joħorġu. U dwar "il-gosti differenti" tal-pubblikaturi li jġegħluha tmur minn wieħed għal ieħor skont il-ġeneri li jippreferu.
Rita rebħet tliet darbiet il-Konkors tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ b'Inżul ix-Xemx, Bella Berger u Il-kulur tal-Lellux.
Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.
Jippreżenta: Karl Schembri
Riċerka: Clare Azzopardi
---
In the fourth episode of Antenni Suspettużi, author Rita Saliba speaks about the different genres and forms that she writes in, including flashfiction of which she is a pioneer in Malta with the publication of very short stories that she feels appeal to today's fast life. "It's as if nobody has time for anything, but everyone loves a story," Rita says. "I'm afraid that stories around us are fleeting away."
She also speaks about the lack of literary criticism and book reviews penned by friends in the Maltese publishing world that inhibit a public discussion about the quality of new books coming out. And about publishers' preferences that make her hop from one to the other according to the genre that they like.
Rita is three-times winner of the Youth Literary Contest with Inżul ix-Xemx, Bella Berger and Il-kulur tal-Lellux.
Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.
Host: Karl Schembri
Researcher: Clare Azzopardi
Twitter: @MaltaPEN
Facebook: PENMalta
Instagram: @pen_malta
Wesbite: https://pen.org.mt/
Email: PENMalta@gmail.com